+Artikolu 415 2.

Artikolu 415 2.

Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti, l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu III sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, f'konformità ma' dan li ġej:

(a) 

fejn l-elementi jkunu denominati f'munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati denominati f'tali munita li jammontaw għal jew jaqbżu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp tal-likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita ta' denominazzjoni;

(b) 

fejn l-elementi huma denominati fil-munita ta' Stat Membru ospitanti fejn l-istituzzjoni għandha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u dak l-Istat Membru ospitanti juża munita oħra barra l-munita tar-rappurtar, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tal-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa sinifikanti;

(c) 

fejn l-elementi jkunu denominati fil-munita tar-rappurtar, u l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet f'muniti għajr il-munita tar-rappurtar jammonta għal jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tar-rappurtar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.