+Artikolu 416 Rappurtar dwar l-assi likwidi
---+Artikolu 416 1.
---+Artikolu 416 2.
---+Artikolu 416 3.
---+Artikolu 416 4.
---+Artikolu 416 5.
---+Artikolu 416 6.
|
Artikolu 416 Rappurtar dwar l-assi likwidi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 416 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3:
(a)
flus u skoperturi għal banek ċentrali sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu lura fi kwalunkwe żmien fi żminijiet ta’ stress. Fir-rigward tad-depożiti miżmuma mill-banek ċentrali, l-awtorità kompetenti u l-bank ċentrali għandhom jimmiraw biex jilħqu fehim komuni rigward il-limitu safejn dawn ir-riżervi minimi jistgħu jinġibdu fi żmien ta' stress;
(b)
assi trasferibbli oħrajn li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;
(c)
assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti minn:
(i)
gvern ċentrali ta' Stat Membru, reġjun b’awtonomija fiskali li tippermetti l-impożizzjoni u l-ġbir tat-taxxi, jew ta' pajjiż terz fil-munita domestika tal-gvern ċentrali jew reġjonali, jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta' likwidità f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;
(ii)
banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku mhux tal-gvern ċentrali fil-munita domestika tal-bank ċentrali u l-entità tas-settur pubbliku;
(iii)
il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni u banek multilaterali tal-iżvilupp;
(iv)
il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja ul-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;
(d)
assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.
(e)
faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fi ħdan l-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi linkwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza
(f)
jekk istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji, id-depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113 (7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista mill-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi.
Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi skont l-Artikolu 460 ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw huma stess assi trasferibbli f’munita partikolari li jkunu ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin jew għoljin ħafna, rispettivament. Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkunsidraw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw l-assi ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna. Fin-nuqqas ta’ tali gwida, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi għal dan il-għan, inklużi xi wħud mill-kriterji jew il-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5).
|
|
Artikolu 416 2.
|
Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi likwidi:
(a)
assi li jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu sakemm ma jissodisfawx waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew strumenti sostnuti minn assi jekk jintwera li huma tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5)
▼M10
(ii)
huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 għajr dawk imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-punt;
▼B
(iii)
l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru u dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni u li jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha; jew l-assi jkun garantit b'mod espliċitu minn dak il-gvern; jew mill-anqas 90 % tas-self mogħti mill-istituzzjoni jkun garantit direttament jew indirettament minn dak il-gvern u l-assi jkun użat b'mod predominanti sabiex jiġi ffinanzjat self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern;
(b)
assi li huma provduti bħala kollateral lill-istituzzjoni taħt transazzjonijiet repo b’lura u li jiffinanzjaw it-titoli u li huma miżmuma mill-istituzzjoni biss bħala mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u li mhumiex legalment u kontrattwalment disponibbli għall-użu mill-istituzzjoni;
(c)
assi maħruġa minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(ii)
impriża tal-assigurazzjoni;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja;
(iv)
kumpannija holding finanzjarja mħallta;
(v)
kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha.
|
|
Artikolu 416 3.
|
F'konformità mal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawk l-assi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin bħala assi likwidi:
(a)
l-assi jkunu mhux aggravati jew jinsabu disponibbli fi ħdan pools kollaterali biex jintużaw għall-kisba ta' fondi addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool jitħaddem minn bank ċentrali, mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati;
(b)
l-assi ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha, minn istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha, jew minn sussidjarja oħra tal-istituzzjoni prinċipali tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali;
(c)
ikun hemm qbil ġenerali bejn il-parteċipanti tas-suq dwar il-prezz tal-assi li jkun jista' faċilment jiġi osservat fis-suq, jew il-prezz jista' jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kalkulata fuq il-bażi ta' inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi, kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;
(d)
l-assi jkunu kwotati f'kambju rikonoxxut jew ikunu kummerċjabbli permezz ta' bejgħ dirett jew permezz ta' sempliċi ftehim ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid; dawk il-kriterji għandhom jiġu valutati b'mod separat għal kull suq.
Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-assi msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 416 4.
|
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, sakemm jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' likwidità vinkolanti skont l-Artikolu 460 u skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar:
(a)
assi oħra mhux eliġibbli iżda kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ekwitajiet u deheb abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi xi wħud mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jew kollha kemm huma;
(b)
assi oħra eliġibbli u kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma strumenti sostnuti minn assi tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3, (4) u (5);
(c)
assi oħra eliġibbli u iżda mhux kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma pretensjonijiet ta' kreditu kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5).
|
|
Artikolu 416 5.
|
L-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sa ammont assolut ta' EUR 500 miljun jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika, fil-portafoll tal-assi likwidi ta' kull istituzzjoni, bil-kondizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3) u li s-CIU tinvesti biss f'assi likwidi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu jew tal-munita. L-użu jew l-użu potenzjali minn CIU ta' strumenti ta' derivati biex jiġu koperti r-riskji tal-investimenti permessi m'għandux iwaqqaf lil dik is-CIU milli tkun eliġibbli għat-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn il-valur tal-ishma jew tal-unitajiet tas-CIU mhux ipprezzat regolarment skont il-valur fis-suq mill-partijiet terzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 418(4) u l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li istituzzjoni tkun żviluppat metodoloġiji u proċessi robusti għal tali valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 418(4), l-ishma jew l-unitajiet f'dik is-CIU ma għandhomx jiġu ttrattati bħala assi likwidi.
|
|
Artikolu 416 6.
|
Meta assi likwidu ma jibqax konformi mar-rekwiżit għall-assi likwidi kif stabbilit f'dan l-Artikolu, istituzzjoni xorta waħda tista' tkompli tqisu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 jum. Fejn assi likwidu f'CIU ma jibqax eliġibbli għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 5, l-ishma jew l-unitajiet fis-CIU jistgħu madankollu jitqiesu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 ġurnata, sakemm dawk l-assi ma jkunux iktar minn 10 % tal-assi ġenerali tas-CIU.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|