+Artikolu 418 Il-valutazzjoni tal-assi likwidi
---+Artikolu 418 1.
---+Artikolu 418 2.
---+Artikolu 418 3.
---+Artikolu 418 4.

Artikolu 418 Il-valutazzjoni tal-assi likwidi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 418 1.
Il-valur ta’ assi likwidu li jrid jiġi rrappurtat għandu jkun il-valur tas-suq tiegħu, soġġett għal telf impost xieraq li mill-anqas jirrefletti t-tul taż-żmien, il-kreditu u r-riskju ta’ likwidità u t-telf impost tar-repo tipiku f’perijodi ta’ stress ġenerali fis-suq. It-telf impost ma għandux ikun inqas minn 15 % għall-assi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 416(1). Jekk istituzzjoni tkopri r-riskju tal-prezzijiet assoċjat ma’ assi, hija għandha tikkunsidra l-fluss tal-flus li jirriżulta mill-għeluq potenzjali tal-kopertura.
Artikolu 418 2.

L-ishma jew unitajiet fis-CIUs kif imsemmija fl-Artikolu 416(6) għandhom ikunu soġġetti għal telf impost, imqassam (looking through) fuq l-assi sottostanti kif ġej:

(a) 

0 % għall-assi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 416(1);

(b) 

5 % għall-assi msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);

(c) 

20 % għall-assi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 416(1).

Artikolu 418 3.

L-approċċ "look-through" imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi applikat kif ġej:

(a) 

fejn l-istituzzjoni tkun konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hija tista’ tirreferi direttament għal dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tassenjahom għall-punt (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1);

(b) 

fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, għandu jiġi preżunt li s-CIU tinvesti, sal-massimu li huwa permess skont il-mandat tagħha, f’ordni dixxendenti fit-tipi tal-assi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1) sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ investiment totali.

Artikolu 418 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi sodi biex jikkalkulaw u jirrappurtaw il-valur tas-suq u l-haircuts għal ishma jew unitajiet f'CIUs. Biss fejn dawn jistgħu juru, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-materjalità tal-iskopertura ma tiġġustifikax l-iżvilupp tal-metodoloġiji tagħhom stess, l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw it-telf impost għall-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3:

(a) 

l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kondizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;

(b) 

għal CIUs oħra, il-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU, bil-kondizzjoni li l-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).

Il-korrettezza tal-kalkoli mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.