+Artikolu 419 Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi
---+Artikolu 419 1.
---+Artikolu 419 2.
---+Artikolu 419 3.
---+Artikolu 419 4.
---+Artikolu 419 5.

Artikolu 419 Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 419 1.
L-ABE għandha tivvaluta d-disponibbiltà, għall-istituzzjonijiet, tal-assi likwidi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 416(1) fil-muniti li huma rilevanti għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni.
Artikolu 419 2.

Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

permezz ta' deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;

(b) 

għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti tar-rappurtar komparabbli;

(c) 

meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali ta' livell 2A mill-istituzzjoni, soġġett għal haircuts ogħla, u jista' jiġi emendat kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).

Artikolu 419 3.
Id-derogi applikati skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu proporzjonati b'mod invers għad-disponibbiltà tal-assi rilevanti. Il-ħtiġijiet ġustifikati tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu vvalutati b'kont meħud tal-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta’ ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa għal dawk l-assi likwidi u l-holdings f'dawk l-assi minn parteċipanti oħra fis-suq.
Artikolu 419 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenka l-muniti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 419 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-derogi msemmijin fil-paragrafu 2, inkluż il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tagħhom.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.