+Artikolu 421 Flussi 'l barra fuq depożiti fil-livell ta’ konsumatur
---+Artikolu 421 1.
---+Artikolu 421 2.
---+Artikolu 421 3.
---+Artikolu 421 4.
---+Artikolu 421 5.

Artikolu 421 Flussi 'l barra fuq depożiti fil-livell ta’ konsumatur

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 421 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw b'mod separat l-ammont ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur koperti minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz, u jimmultiplikaw b'mill-inqas 5 % fejn id-depożitu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

ikun parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel il-prelevament ferm improbabbli;

(b) 

jinżamm f’kont ta’ transazzjoni, inklużi kontijiet li fihom jiġu kkreditati salarji b’mod regolari.

Artikolu 421 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw depożiti oħrajn fil-livell ta' konsumatur li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1 b'tal-inqas 10 %.
Artikolu 421 3.
Sal-1 ta’ Jannar 2014, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, li jqisu l-imġiba tad-depożitanti lokali kif ikkomunikat mill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-kriterji sabiex jiġu determinati l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward tal-identifikazzjoni tad-depożiti fil-livell ta' konsumatur soġġetti għal flussi ’l barra differenti u d-definizzjonijiet ta’ dawk il-prodotti għall-finijiet ta’ dan it-Titolu. Dawk il-linji gwida għandhom jikkunsidraw il-probabbiltà li dawn id-depożiti jwasslu għall-flussi ’l barra ta’ likwidità matul it-30 ġurnata li jmiss. Dawn il-flussi ’l barra għandhom jiġu vvalutati bis-suppożizzjoni ta’ xenarju kombinat ta’ stress idjosinkratiku u fis-suq kollu.
Artikolu 421 4.
Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw id-depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu ħadu f’pajjiżi terzi b’perċentwal ogħla minn dak speċifikat f'dawk il-paragrafi jekk tali perċentwal ikun ipprovdut b’rekwiżiti komparabbli ta’ rappurtar mill-pajjiż terz.
Artikolu 421 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu ċerti kategoriji ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu ċirkoskritti b’mod ċar mill-kalkolu tal-flussi ’l barra sakemm l-istituzzjoni tapplika dejjem b’mod rigoruż dan li ġej għall-kategorija kollha ta’ dawk id-depożiti, għajr f’ċirkustanzi ta’ diffikultà għad-depożitant li jkunu ġew ġustifikati b’mod individwali:

(a) 

għal 30 ġurnata, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew

(b) 

għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 ġurnata, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' imgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali biż-żieda ta' penali materjali li m'għandhiex għalfejn taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.