+Artikolu 428f Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti
---+Artikolu 428f 1.
---+Artikolu 428f 2.
---+Artikolu 428f 3.

Artikolu 428f Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428f 1.

Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' titratta assi u obbligazzjoni bħala interdipendenti, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni taġixxi biss bħala unità pass-through biex twassal il-finanzjament mill-obbligazzjoni fl-assi interdipendenti korrispondenti;

(b) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet interdipendenti individwali jkunu identifikabbli b'mod ċar u jkollhom l-istess ammont prinċipali;

(c) 

l-assi u l-obbligazzjoni interdipendenti għandhom maturitajiet sostanzjalment simetriċi, b'dewmien massimu ta' 20 ġurnata bejn il-maturità tal-assi u l-maturità tal-obbligazzjoni;

(d) 

l-obbligazzjoni interdipendenti tkun ġiet mitluba skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali u ma tintużax biex tiffinanzja assi oħra;

(e) 

il-flussi ta' ħlas prinċipali mill-assi ma jintużawx għal finijiet oħra għajr il-ħlas lura tal-obbligazzjoni interdipendenti;

(f) 

il-kontropartijiet għal kull par ta' assi u obbligazzjonijiet interdipendenti mhumiex l-istess.

Artikolu 428f 2.

Assi u obbligazzjonijiet għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u jitqiesu bħala interdipendenti fejn huma marbuta direttament mal-prodotti jew is-servizzi li ġejjin:

(a) 

tfaddil regolat ċentralizzat, dment li l-istituzzjonijiet ikunu legalment meħtieġa jittrasferixxu d-depożiti regolati għal fond ċentralizzat li huwa stabbilit u kontrollat mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru u li jipprovdi self biex jippromwovi l-objettivi ta' interess pubbliku, u dment li t-trasferiment ta' depożiti għall-fond ċentralizzat isseħħ tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(b) 

self promozzjonali u faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li jissodisfaw il-kriterji sttipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għal istituzzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji sempliċi li ma jsofru l-ebda riskju ta' finanzjament;

(c) 

bonds koperti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament;

(ii) 

is-self sottostanti jkun finanzjat b'mod kompletament mill-bonds koperti li kienu maħruġa jew il-bonds koperti jkollhom skattaturi tal-maturità estendibbli mhux diskrezzjonarji ta' sena waħda jew aktar sat-terminu tas-self sottostanti fil-każ ta' nuqqas ta' rifinanzjament fid-data tal-maturità tal-bond kopert;

(d) 

attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tad-derivattivi, dment li l-istituzzjoni ma tipprovdix garanziji tal-prestazzjoni tas-CCP lill-klijenti tagħha u, b'riżultat, ma ssofri l-ebda riskju ta' finanzjament.

Artikolu 428f 3.
L-ABE għandha timmonitorja l-assi u l-obbligazzjonijiet, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi li huma ttrattati bħala assi u obbligazzjonijiet interdipendenti skont il-paragrafi 1 u 2, biex tiddetermina jekk u sa fejn huma ssodisfati l-kriterji ta' adegwatezza stabbiliti fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ u għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk hijiex meħtieġa emenda għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew emenda għal-lista ta' prodotti u servizzi fil-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.