+Artikolu 428h Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali
---+Artikolu 428h 1.
---+Artikolu 428h 2.

Artikolu 428h Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428h 1.

B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, fejn ma japplikax l-Artikolu 428g, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ sabiex japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kontroparti tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni;

(ii) 

sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(iii) 

impriża li hija relatata mal-istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iv) 

membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament bħala l-istituzzjoni;

(v) 

il-korp ċentrali jew istituzzjoni ta' kreditu affiljata ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan r-Regolament;

(b) 

jeżistu raġunijiet biex wieħed jistenna li l-obbligazzjoni jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuta mill-istituzzjoni tikkostitwixxi sors ta' finanzjament iktar stabbli, jew li l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità mogħtija mill-istituzzjoni tkun tirrikjedi finanzjament inqas stabbli fuq perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett mill-istess obbligazzjoni, assi jew faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuti jew mogħtija minn kontropartijiet oħra;

(c) 

il-kontroparti tapplika fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun ugwali għal jew ogħla mill-fattur ogħla ta' finanzjament stabbli disponibbli jew japplika fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli li jkun ugwali għal jew anqas mill-fattur aktar baxx ta' finanzjament stabbli meħtieġ;

(d) 

l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

Artikolu 428h 2.

Meta l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1, dment li, minbarra l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a) 

jeżistu ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn entitajiet ta' grupp rigward l-obbligazzjoni, l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità;

(b) 

il-fornitur tal-finanzjament jippreżenta profil tar-riskju tal-finanzjament baxx;

(c) 

il-profil tar-riskju tal-finanzjament tar-riċevitur tal-finanzjament ikun ittieħed kont tiegħu b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 20(1) biex jiddeterminaw jekk humiex sodisfatti l-kriterji addizzjonali stipulati f'dan il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.