+Artikolu 428o Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428o Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428o

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a) 

l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;

(b) 

l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(c) 

l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(d) 

kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(e) 

kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.