+Artikolu 428al Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428al 1.
---+Artikolu 428al 2.
---+Artikolu 428al 3.
---+Artikolu 428al 4.

Artikolu 428al Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428al 1.

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din it-Taqsima, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a) 

obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;

(b) 

interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument ikkonċernat.

Artikolu 428al 2.

Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(a) 

0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun inqas minn sena;

(b) 

100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.

Artikolu 428al 3.

L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 0 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:

▼M8

(a) 

l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' valuti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta waħda għadhom mistennija li jiġu saldati;

(b) 

obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;

(c) 

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i) 

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii) 

klijenti finanzjarji;

(d) 

kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital ieħor mhux imsemmi f'dan l-Artikolu jew l-Artikoli 428am sa 428ap.

Artikolu 428al 4.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a) 

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b) 

il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.