+Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
---+Artikolu 429 1.
---+Artikolu 429 2.
---+Artikolu 429 3.
---+Artikolu 429 4.
---+Artikolu 429 5.
---+Artikolu 429 6.
---+Artikolu 429 7.
---+Artikolu 429 8.
|
Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 429 1.
|
L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom skont il-metodoloġija stipulata fil-paragrafi 2, 3 u 4.
|
|
Artikolu 429 2.
|
Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja fid-data ta' referenza tar-rappurtar.
|
|
Artikolu 429 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital għandha tkun il-kapital ta' Grad 1.
|
|
Artikolu 429 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':
(a)
assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429b(1);
(b)
kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 429c u 429d;
(c)
żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429e;
(d)
elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 429d u 429g, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429f;
(e)
xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429g.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1.
|
|
Artikolu 429 5.
|
B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
▼C8
(a)
element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4 li huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu;
▼M8
(b)
meta klijent ta' istituzzjoni li jaġixxi bħala membru tal-ikklerjar jidħol direttament fi tranżazzjoni ta' derivattiva ma' CCP u l-istituzzjoni tiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha lis-CCP li jirriżultaw minn dik it-tranżazzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura tagħha li tirriżulta mill-garanzija f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, bħallikieku dik l-istituzzjoni daħlet direttament fit-tranżazzjoni mal-klijent, inkluż fir-rigward tar-riċeviment jew il-provvista tal-marġni ta' varjazzjoni ta' flus kontanti.
It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità ma tkunx fl-ambitu regolatorju tal-konsolidazzjoni fil-livell li fih jiġi applikat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(4), il-punt (e)
|
|
Artikolu 429 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (e), ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 429g, “xiri jew bejgħ fi żmien regolari” tfisser xiri jew bejgħ ta' assi finanzjarju skont kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tal-assi finanzjarju fil-perjodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew permezz ta' konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.
|
|
Artikolu 429 7.
|
Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor f'din il-Parti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tal-iskopertura totali skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali;
(b)
l-assi ma għandhomx jiġu nnettjati mal-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 429 8.
|
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' self ta' prefinanzjament jew self intermedju bil-bilanċ pożittiv fuq il-kont tat-tfaddil tad-debitur li lilu ngħata s-self u jinkludu biss l-ammont li jirriżulta fil-miżura tal-iskopertura totali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-għoti tas-self huwa kondizzjonali fuq il-ftuħ tal-kont tat-tfaddil mal-istituzzjoni li tagħti s-self u kemm is-self kif ukoll l-kont tat-tfaddil huma rregolati mill-istess liġi settorjali;
(b)
il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil ma jistax jiġi prelevat, parzjalment jew kollu kemm hu, mid-debitur għall-perijodu ta' żmien kollu tas-self;
(c)
l-istituzzjoni tista' tuża inkondizzjonalment u irrevokabbilment il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil biex tiġi saldata kwalunkwe pretensjoni skont il-ftehim ta' self f'każijiet irregolati mil-liġi settorjali msemmija fil-punt (a), inkluż in-nuqqas ta' ħlas mid-debitur jew l-insolvenza tiegħu.
“Self ta' prefinanzjament” jew “self intermedju” jfissru self li jingħata lil min jissellef għal perijodu limitat ta' żmien sabiex jitnaqqsu l-lakuni fil-finanzjament tal-mutwatarju sakemm jingħata s-self finali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-liġi settorjali li tirregola dawn it-tranżazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|