+Artikolu 429a 1.

Artikolu 429a 1.

B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:

(a) 

l-ammonti mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1);

(b) 

l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);

(c) 

l-iskoperturi li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 113(6) jew (7);

▼M17

(ca) 

fejn l-istituzzjoni tkun membru tan-network imsemmi fl-Artikolu 113(7), l-iskoperturi li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 114 u li jirriżultaw minn assi li jkunu ekwivalenti ta' depożiti fl-istess munita ta' membri oħrajn ta' dak in-network li jirriżultaw minn depożitu minimu legali jew statutorju f'konformità mal-Artikolu 422(3), il-punt (b); f'każ bħal dan, l-iskoperturi ta' membri oħra ta' dak in-network, kemm jekk ikunu depożitu minimu legali kif ukoll statutorju, mhumiex soġġetti għall-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

▼C8

(d) 

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta’ investimenti, u self promozzjonali;

▼M17

(da) 

l-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-azzjonisti tagħha, dment li tali skoperturi jkunu kollateralizzati għal-livell ta' mill-inqas 125 % mill-assi msemmija fl-Artikolu 129(1), il-punti (d) u (e), u dawk l-assi jiġu meqjusa fir-rekwiżit tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja tal-azzjonisti, meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku iżda tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-azzjonisti tagħha jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu u ma jeżerċitawx kontroll fuq l-istituzzjoni;

(ii) 

hija tikkonforma mal-paragrafu 2, il-punti (a), (b), (c) u (e), ta' dan l-Artikolu;

(iii) 

l-iskoperturi tagħha jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru;

(iv) 

tkun soġġetta għal xi forma ta' sorveljanza minn gvern ċentrali ta' Stat Membru fuq bażi kontinwa;

(v) 

il-mudell tan-negozju tagħha jkun limitat għall-pass-through tal-ammont li jikkorrispondi għar-rikavati miġbura permezz tal-ħruġ ta' bonds koperti lill-azzjonisti tagħha, fil-forma ta' strumenti ta' dejn;

▼M8

(e) 

meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, il-partijiet ta' skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħra;

(f) 

il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-garanzija hija pprovduta minn fornitur eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Artikoli 201 u 202, inkluż minn aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvernijiet ċentrali;

(ii) 

ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % tapplika għall-parti garantita tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 116(4);

(g) 

meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, dment li dawn ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1);

(h) 

meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell ogħla fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell ogħla għal dik l-istituzzjoni, dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u dment li l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborża lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf imġarrab fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP;

(i) 

assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji ta' kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;

(ii) 

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' rikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(iii) 

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-IFRS 10, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli;

(j) 

skoperturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;

(ii) 

ikunu trattati f'konformità mal-Artikolu 116(4);

(iii) 

jirriżultaw minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (i) għall-fini tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;

(k) 

il-kollateral eċċessiv depożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx issellef;

(l) 

meta skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli, dment li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3);

(m) 

l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 244(2);

(n) 

▼M11

l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:

▼M8

(i) 

muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(ii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali;

(o) 

fejn l-istituzzjoni tkun awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;

(p) 

fejn l-istituzzjoni tkun nominata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari ta' depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;

▼M15

(q) 

l-iskoperturi li huma soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 72e(5), l-ewwel subparagrafu.

▼M8

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.