+Artikolu 429d Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti
---+Artikolu 429d 1.
---+Artikolu 429d 2.
---+Artikolu 429d 3.
---+Artikolu 429d 4.
---+Artikolu 429d 5.
---+Artikolu 429d 6.
---+Artikolu 429d 7.

Artikolu 429d Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 429d 1.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ''derivattiv ta' kreditu sottoskritt'' tfisser kwalunkwe strument finanzjarju li permezz tiegħu istituzzjoni effettivament tipprovdi protezzjoni tal-kreditu inkluż swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, swaps ta' redditu totali u opzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha l-obbligu li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt tal-opzjonijiet.
Artikolu 429d 2.
Minbarra l-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 429c, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi ta' kreditu sottoskritti l-ammonti nozzjonali effettivi msemmija fid-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mnaqqsa minn kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1 fir-rigward ta' dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li għandhom effett ta' lieva finanzjarja jew b'mod ieħor imsaħħa bl-istruttura tat-tranżazzjoni.

Artikolu 429d 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri tkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;

(b) 

id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun soġġett mod ieħor għall-istess termini materjali bħal dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti jew aktar konservattivi minnhom;

(c) 

id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma nxtarax minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);

(d) 

meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt jitnaqqas bi kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporat fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jitnaqqas bi kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1;

(e) 

id-derivattiv ta' kreditu mixtri ma jkunx inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura tal-klijenti b'ħafna livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti jkun eskluż mill-miżura tal-iskopertura totali f'konformità mal-punt (g) jew (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1), kif applikabbli.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali.

Artikolu 429d 4.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, ''terminu materjali'' tfisser kwalunkwe karatteristika tad-derivattiv ta' kreditu li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu, inkluż il-livell ta' subordinazzjoni, l-opzjonalità, l-avvenimenti ta' kreditu, l-entità jew il-grupp ta' entitajiet ta' referenza sottostanti, u l-obbligu ta' referenza sottostanti jew il-ġabra ta' obbligi, bl-eċċezzjoni tal-ammont nozzjonali u l-maturità residwa tad-derivattiv ta' kreditu. Żewġ ismijiet ta' referenza għandhom ikunu l-istess biss meta jirreferu għall-istess entità legali.
Artikolu 429d 5.
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq pool ta' ismijiet ta' referenza biex ipaċu derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq ismijiet ta' referenza individwali fi ħdan dak il-pool meta dak il-pool ta' entitajiet ta' referenza u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet ikunu l-istess.
Artikolu 429d 6.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt meta jixtru protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt fil-kapital ta' Grad 1.
Artikolu 429d 7.
Fil-każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' obbligi ta' referenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq l-obbligazzjonijiet ta' referenza individwali bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija f'konformità mal-paragrafu 3 biss meta l-protezzjoni mixtrija tkun ekonomikament ekwivalenti għax-xiri ta' protezzjoni b'mod separat fuq kull waħda mill-obbligazzjonijiet individwali fil-ġabra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.