+Artikolu 430 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 430 1.
---+Artikolu 430 1a.
---+Artikolu 430 2.
---+Artikolu 430 2a.
---+Artikolu 430 2b.
---+Artikolu 430 3.
---+Artikolu 430 4.
---+Artikolu 430 5.
---+Artikolu 430 6.
---+Artikolu 430 7.
---+Artikolu 430 8.
---+Artikolu 430 9.
---+Artikolu 430 10.
---+Artikolu 430 11.
|
Artikolu 430 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 430 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:
(a)
rekwiżiti ta' fondi proprji, inkluż il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 92 u l-Parti Sebgħa;
(b)
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti;
(c)
skoperturi kbar kif stipulat fl-Artikolu 394;
(d)
rekwiżiti ta' likwidità kif stipulat fl-Artikolu 415;
(e)
id-data aggregata għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 430a(1);
(f)
ir-rekwiżiti u l-gwida stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE li jikkwalifikaw għal rappurtar standardizzat, ħlief għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' rappurtar skont il-punt (j) tal-Artikolu 104(1) ta' dik id-Direttiva;
(g)
il-livell tal-aggravar tal-assi, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta' aggravar tal-assi, bħal ftehimiet ta' riakkwist, self ta' titoli, skoperturi titolizzati jew self;
▼M17
(h)
l-iskoperturi tagħhom għal riskji tal-ESG, inkluż:
(i)
l-iskoperturi eżistenti u ġodda tagħhom għall-entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili;
(ii)
l-iskoperturi tagħhom għal riskji fiżiċi u riskji ta' tranżizzjoni;
(i)
l-iskoperturi tagħhom għall-kriptoassi.
▼M8
L-istituzzjonijiet eżentati f'konformità mal-Artikolu 6(5) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi individwali.
|
|
Artikolu 430 1a.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-istituzzjonijiet jirrapportaw dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq it-titolizzazzjonijiet, l-informazzjoni li jirrapportaw għandha tinkludi informazzjoni dwar it-titolizzazzjonijiet NPE li jibbenefikaw mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 269a, dwar it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li joriġinaw, u dwar d-diżaggregazzjoni tal-assi sottostanti għal dawk it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ skont il-klassi tal-assi.
|
|
Artikolu 430 2.
|
Minbarra r-rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-volatilità tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, b'mod partikolari madwar dati ta' referenza tar-rappurtar, l-istituzzjonijiet kbar għandhom jirrapportaw komponenti speċifiċi tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom abbażi ta' medji matul il-perijodu tar-rappurtar u d-data użata biex jiġu kkalkolati dawk il-medji.
|
|
Artikolu 430 2a.
|
Meta jirrapportaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punti (a), (b) u (c), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet.
|
|
Artikolu 430 2b.
|
Meta jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325ba(1), il-punti (a)(i) u (ii) u (b)(i) u (ii), u għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern f'konformità mal-Artikolu 325az(2).
|
|
Artikolu 430 3.
|
Minbarra r-rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(b)
istituzzjoni tal-kreditu li tħejji l-kontijiet ikkonsolidati tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
|
|
Artikolu 430 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom fuq bażi kkonsolidata f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 24(2) biex jirrapportaw informazzjoni finanzjarja f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 430 5.
|
Ir-rappurtar dwar informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandu jinkludi biss informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u tar-riskji sistemiċi li l-istituzzjoni tippreżenta lis-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 430 6.
|
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet b'mod proporzjonat, b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 8, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.
|
|
Artikolu 430 7.
|
►M17
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi tar-rapportar, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar, kif ukoll id-definizzjonijiet, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż mudelli ta' rapportar u struzzjonijiet għar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. ◄
Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:
(a)
kemm komponent ikun suxxettibbli għal tnaqqis temporanju sinifikanti fil-volumi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' rappreżentanza tar-riskju tal-lieva finanzjarja eċċessiva fid-data ta' referenza tar-rappurtar;
(b)
żviluppi u sejbiet fil-livell internazzjonali.
L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
(a)
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, li għandu jiġi ppreżentat sat-28 ta' Ġunju 2020;
(b)
l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Ġunju 2020;
(c)
skoperturi għar-riskji tal-ESG, li għandhom jiġu ppreżentati sal-10 ta’ Lulju 2025.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 430 8.
|
L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (
36
) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:
(a)
jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom;
(b)
ikejjel l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perijodu rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:
(i)
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jitkejlu bħala l-proporzjon tal-ispejjeż ta' rappurtar relattivi għall-ispejjeż totali tal-istituzzjoni matul il-perijodu rilevanti;
(ii)
l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jinkludu l-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rappurtar, inkluż l-infiq fuq il-persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;
(iii)
il-perijodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perijodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' rappurtar biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rappurtar fuq bażi kontinwa;
(c)
jivvaluta jekk l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet kinux proporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali;
(d)
jivvaluta l-effetti ta' tnaqqis ta' rekwiżit ta' rappurtar fuq l-ispejjeż u l-effettività tas-superviżjoni; u
(e)
jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar, tal-inqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, li għal dan il-għan l-ABE għandha jkollha fil-mira tnaqqis mistenni tal-ispiża medja ta' mill-inqas 10 % iżda idealment 20 % ta' tnaqqis fl-ispejjeż. L-ABE għandha, b'mod partikolari, tivvaluta jekk:
(i)
ir-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 jistgħux jitneħħew għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fejn l-aggravar tal-assi kien taħt ċertu limitu;
(ii)
il-frekwenza tar-rappurtar meħtieġa f'konformità mal-punti (a), (c), u (g) tal-paragrafu 1 tistax titnaqqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi.
L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 430 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrapportaw fuq bażi konsolidata;
(b)
l-istituzzjonijiet rilevanti huma soġġetti għal qafas ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 86/635/KEE;
(c)
ir-rappurtar finanzjarju huwa meqjus neċessarju biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-attivitajiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li jippreżentaw għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 430 10.
|
Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 hija neċessarja għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 5, hija għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija tqis li huwa neċessarju li tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 430 11.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu r-rekwiżit li jiġi ppreżentat xi wieħed mill-punti ta' data stipulati fil-mudelli ta' rappurtar speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu meta dawk il-punti ta' data jkunu duplikattivi. Għal dawn il-finijiet, il-punti ta' data duplikattivi għandhom jirreferu għal kwalunkwe punt ta' data li huwa diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra għajr bil-ġbir ta' dawk il-mudelli ta' rappurtar, inkluż fejn dawk il-punti ta' data jistgħu jinkisbu minn data li hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti; l-awtorità kompetenti tista' tagħti biss ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu jekk id-data riċevuta, miġbura jew aggregata permezz ta' dawn il-metodi alternattivi tkun identika għal dawk il-punti tad-data li nkella jkollhom jiġu rrapportati f'konformità mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rispettivi. L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|