+Artikolu 438 Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

Artikolu 438 Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

Artikolu 438

Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 u l-punt(a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a) 

sommarju tal-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u futuri;

▼M17

(b) 

l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati riskji oħra li mhumiex ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu;

▼M8

(c) 

fuq talba mill-awtorità kompetenti rilevanti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni;

▼M17

(d) 

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u r-rekwiżiti korrispondenti ta' fondi proprji kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 92(2), li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;

▼M17

(da) 

fejn meħtieġ biex jiġi kkalkulat l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4), u l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(5), li għandu jiġi diżaggregat skont il-kategoriji tar-riskju jew il-klassijiet tal-iskoperturi għar-riskju differenti, kif ikun applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn ikun applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-ammonti ta' fondi proprji u tal-iskoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' livelli minimi ta' kapital u min-nuqqas ta' tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;

▼M17

(e) 

l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u t-telf mistenni assoċjat għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmija fl-Artikolu 153(5), it-Tabella 1, u l-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-kategoriji tal-iskoperturi ta' ekwità stabbiliti fl-Artikolu 133(3) sa (6), u l-Artikolu 495a(3);

▼M8

(f) 

il-valur tal-iskopertura u l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-istrumenti ta' fondi proprji miżmuma fi kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni li l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux mill-fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Artikolu 49 meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata;

(g) 

ir-rekwiżit supplimentari ta' fondi proprji u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kalkulati f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/87/KE u l-Anness I ta' dik id-Direttiva fejn jiġi applikat il-metodu 1 jew 2 stipulat f'dak l-Anness;

(h) 

il-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-perijodu tad-divulgazzjoni attwali meta mqabbel mal-perijodu tad-divulgazzjoni immedjatament preċedenti li jirriżultaw mill-użu ta' mudelli interni, inkluż deskrizzjoni tal-motivaturi ewlenin li jispjegaw dawk il-varjazzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.