+Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija

Artikolu 447 Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija

Artikolu 447

Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:

▼M17

(a) 

il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u l-proporzjonijiet tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tagħhom ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2);

▼M17

(aa) 

fejn applikabbli, il-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju kif ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(2), bl-użu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu minflok l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

▼M17

(b) 

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u, fejn applikabbli, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(4);

▼M8

(c) 

fejn applikabbli, l-ammont u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

▼M17

(d) 

ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;

▼M8

(e) 

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom u l-kejl tal-iskopertura totali kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429;

(f) 

l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):

(i) 

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(ii) 

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inklużi fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(iii) 

il-medji tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità, tal-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif ikkalkulati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), abbażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(g) 

l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:

(i) 

il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(ii) 

il-finanzjament stabbli disponibbli fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(iii) 

il-finanzjament stabbli meħtieġ fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(h) 

il-proporzjonijiet tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom u l-komponenti, in-numeratur u d-denominatur tagħhom, kif kalkulati f'konformità mal-Artikoli 92a u 92b u diżaggregati fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.