+Artikolu 451b Divulgazzjoni tal-iskoperturi tal-kriptoassi u attivitajiet relatati
---+Artikolu 451b 1.
---+Artikolu 451b 2.

Artikolu 451b Divulgazzjoni tal-iskoperturi tal-kriptoassi u attivitajiet relatati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 451b 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-kriptoassi u s-servizzi tal-kriptoassi kif ukoll kwalunkwe attività oħra relatata mal-kriptoassi:

(a) 

l-ammonti tal-iskopertura diretti u indiretti b'rabta mal-kriptoassi, inkluż il-komponenti grossi twal u qosra tal-iskoperturi netti;

(b) 

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għar-riskju operazzjonali;

(c) 

il-klassifikazzjoni kontabilistika għall-iskoperturi tal-kriptoassi;

(d) 

deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali relatati mal-kriptoassi u l-impatt tagħhom fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

(e) 

deskrizzjoni speċifika tal-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom relatati mal-iskoperturi tal-kriptoassi u s-servizzi tal-kriptoassi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata dwar attivitajiet kummerċjali materjali, inkluż dwar il-ħruġ ta' tokens irreferenzjati ma' assi sinifikanti, u tat-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u dwar il-forniment ta' servizzi tal-kriptoassi skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2023/1114.

Artikolu 451b 2.
L-istituzzjonijiet m'għandhomx japplikaw l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 432 għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.