+Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

Artikolu 453 Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

Artikolu 453

Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi prinċipali għan-netting li jidher fil-karta tal-bilanċ u dak li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ u indikazzjoni li turi sa fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu min-netting tal-karta tal-bilanċ;

(b) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi għall-evalwazzjoni u l-maniġġar ta' kollateral eliġibbli;

(c) 

deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħuda mill-istituzzjoni biex jimmitigaw ir-riskju tal-kreditu;

(d) 

għal garanziji u derivattivi tal-kreditu użati bħala protezzjoni tal-kreditu, it-tipi ewlenin ta' garantur u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-affidabbiltà tal-kreditu tagħhom użati għall-finijiet ta' tnaqqis tar-rekwiżiti ta' kapital, eskluż dawk użati bħala parti minn strutturi ta' titolizzazzjoni sintetika;

(e) 

informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta' kreditu fil-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu meħuda;

(f) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur tal-iskopertura totali mhux kopert mill-ebda protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur tal-iskopertura totali kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat mis-self u t-titolizzazzjoni tad-dejn u tinkludi diżaggregazzjoni tal-iskoperturi inadempjenti;

(g) 

il-fattur ta' konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu bl-effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;

(h) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur ta' skopertura li jidher u dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ skont il-klassi ta' skopertura qabel u wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni u kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat;

(i) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-valur ta' skopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;

(j) 

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta' derivattivi tal-kreditu; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt b'mod separat għall-klassijiet ta' skopertura soġġett għal dik il-permess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.