+Artikolu 460 Likwidità
---+Artikolu 460 1.
---+Artikolu 460 2.
---+Artikolu 460 3.

Artikolu 460 Likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 460 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 412(1). Atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom jkunu bbażati fuq l-elementi li għandhom jiġu rappurtati f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Sitta u l-Anness III u għandhom jispeċifikaw ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu livelli speċifiċi ta' flussi ta' dħul u ta' ħruġ fuq istituzzjonijiet sabiex ikunu koperti riskji speċifiċi li huma esposti għalihom u għandhom jirrispetta l-livelli limiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità dettaljati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3), l-Artikoli 411 sa 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428j sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428w, 428ae, 428ag, 428ah, 428ak u 451a ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 460 2.

Ir-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità msemmi fl-Artikolu 412 għandu jiġi introdott f'konformità mal-introduzzjoni gradwali li ġejja:

(a) 

60 % tar-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità fl-2015;

(b) 

70 % mill-1 ta’ Jannar 2016;

(c) 

80 % mill-1 ta’ Jannar 2017;

(d) 

100 % mill-1 ta’ Jannar 2018.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 509(1), (2) u (3) u l-istandards internazzjonali żviluppati mill-fora internazzjonali kif ukoll l-ispeċifiċatijiet tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 1 sat-30 ta’ Ġunju 2014. Dan għandu jidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2014, iżda ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 460 3.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li jemendaw il-lista ta' prodotti jew servizzi stipulata fl-Artikolu 428f(2) jekk tqis li l-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin direttament ma' prodotti jew servizzi oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 428f(1).

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu sat-28 ta' Ġunju 2024.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.