+Artikolu 465 3.

Artikolu 465 3.

B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jassenjaw piż tar-riskju ta' 65 % għal skoperturi għal korporattivi li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u dment li l-istimi ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-PD ta' dawk id-debituri, ikkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, ma jkunux ogħla minn 0,5  %.

L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jimmonitorjaw l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fl-ewwel subparagrafu u jivvalutaw, b'mod partikolari:

(a) 

id-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għal korporattivi u l-punt sa fejn dak jaffettwa s-self tal-istituzzjonijiet lill-korporattivi;

(b) 

l-iżvilupp tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-ostakli għad-dħul fis-suq għal aġenziji ġodda ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-rata tal-użu minn korporattivi li jagħżlu li jiġu kklassifikati minn waħda jew aktar minn dawk l-aġenziji, u l-impedimenti għad-disponibbiltà ta' valutazzjonijiet tal-kreditu għal korporattivi mill-ECAIs;

(c) 

miżuri possibbli biex jiġu indirizzati l-impedimenti, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-setturi ekonomiċi u ż-żoni ġeografiċi u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet immexxija mis-settur privat jew pubbliku, bħal sistema ta' evalwazzjoni ta' kreditu, klassifikazzjonijiet privati b'mandat mill-istituzzjonijiet, kif ukoll klassifikazzjonijiet tal-banek ċentrali;

(d) 

l-adegwatezza tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju ta' skoperturi korporattivi mhux ikklassifikati u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja;

(e) 

l-approċċi ta' pajjiżi terzi dwar l-applikazzjoni tal-minimu tal-output għall-iskoperturi korporattivi u kunsiderazzjonijiet fit-tul tal-kundizzjonijiet ekwi li jistgħu jirriżultaw minn dan;

(f) 

konformità mal-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS.

L-EBA u l-ESMA, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, għandhom jippreżentaw rapport bis-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2029.

Abbażi ta' dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2031.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.