+Artikolu 465 7.

Artikolu 465 7.

Għall-finijiet tal-paragrafu 5, il-punt (b), meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, biex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 45 %, l-ammont ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe rahan aktar prijoritarju mhux miżmum mill-istituzzjoni, għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

(a) 

80 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

(b) 

l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.