+Artikolu 468 Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat mkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor
---+Artikolu 468 1.
---+Artikolu 468 2.
---+Artikolu 468 3.
---+Artikolu 468 4.
---+Artikolu 468 5.

Artikolu 468 Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat mkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 468 1.

B'deroga mill-Artikolu 35, sal-31 ta' Diċembru 2025 (il-“perjodu tat-trattament temporanju”), l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-elementi tagħhom ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont A, iddeterminat f'konformità mal-formula li ġejja:

A = a · f

fejn:

a

= l-ammont ta' qligħ u telf mhux realizzati akkumulati mill-31 ta' Diċembru 2019 li tqiesu bħala “bidliet fil-valur ġust ta' strumenti ta' dejn imkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor” fil-karta tal-bilanċ, li jikkorrispondu għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta' dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif iddefinit fl-Appendiċi A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (l-“Anness relatat mal-IFRS 9”); u

f

= il-fattur applikabbli għal kull sena ta' rapportar matul il-perjodu tat-trattament temporanju f'konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 468 2.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fattur f b'valur ugwali għal 1 sal-31 ta' Diċembru 2025 biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 468 3.
Fejn istituzzjoni tiddeċiedi li tapplika t-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mill-inqas 45 jum qabel id-data ta’ spedizzjoni għar-rappurtar tal-informazzjoni abbażi ta’ dak it-trattament. Soġġett għal permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-awtorità tista’ tbiddel id-deċiżjoni inizjali tagħha għal darba matul il-perijodu tat-trattament temporanju. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament jekk japplikawx dak it-trattament.
Artikolu 468 4.

Fejn istituzzjoni tneħħi ammont ta’ telf mhux realizzat mill-entrati tagħha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li huma kalkulati bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);

(b) 

l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu.

Meta jiġi kkalkulat mill-ġdid ir-rekwiżit rilevanti, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni relatati ma’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati.

Artikolu 468 5.
Matul il-perijodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw it-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital tal-Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1, u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dak it-trattament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.