+Artikolu 473a Introduzzjoni tal-IFRS 9
---+Artikolu 473a 1.
---+Artikolu 473a 2.
---+Artikolu 473a 3.
---+Artikolu 473a 4.
---+Artikolu 473a 5.
---+Artikolu 473a 6.
---+Artikolu 473a 6a.
---+Artikolu 473a 7.
---+Artikolu 473a 7a.
---+Artikolu 473a 8.
---+Artikolu 473a 9.
---+Artikolu 473a 10.

Artikolu 473a Introduzzjoni tal-IFRS 9

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 473a 1.

B’deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodi tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tagħhom tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:

▼M4

(a) 

l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b) 

l-istituzzjonijiet li, skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament, iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c) 

l-istituzzjonijiet li jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali f’konformità mal-istandards tal-kontabbiltà skont id-Direttiva 86/635/KEE u li jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:

(a) 

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2;

A4,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA;

t2

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammontimage;

(b) 

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5;

A4,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament, fl-1 ta’ Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ image għal żero;

image

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ image għal żero;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB;

t2

=

żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammontimage.

Artikolu 473a 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti A2,SA u A2,IRB imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bħala l-ikbar ammont mill-ammonti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu separament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:

(a) 

żero;

(b) 

l-ammont ikkalkulat skont il-punt (i) imnaqqas bl-ammont ikkalkulat skont il-punt (ii):

(i) 

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“l-Anness dwar l-IFRS 9”)u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9 mill-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9;

(ii) 

l-ammont totali ta’ telf minn indeboliment fuq assi finanzjarji klassifikati bħala selfiet u riċevibbli, investimenti miżmuma sal-maturità u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, kif definit fil-paragrafu 9 tal-IAS 39, għajr strumenti ta’ ekwità u unitajiet jew ishma f’intrapriżi għal investiment kollettiv, iddeterminat f’konformità mal-paragrafi 63, 64, 65, 67, 68 u 70 tal-IAS 39 kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9.

Artikolu 473a 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont li bih l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b) separatament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:

▼M11

(a) 

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fid-data ta’ rapportar u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9;

(b) 

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

▼M4

Artikolu 473a 4.
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 jaqbeż l-ammont speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,SA bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,SA għal żero.

Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5, jaqbeż l-ammont għal dawn l-iskoperturi kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,IRB bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,IRB għal żero.

Artikolu 473a 5.

Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 kif ġej:

(a) 

għall-kalkolu ta’ A2,IRB l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu kull wieħed mill-ammonti kkalkulati f’konformità mal-punti (b) (i) u (ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tal-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero;

▼M11

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero.

Artikolu 473a 6.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f1 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

(a) 

0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b) 

0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(c) 

0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(d) 

0 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiżvelawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (d) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.

Artikolu 473a 6a.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f2 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

(a) 

1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b) 

1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(c) 

0,75 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(d) 

0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;

(e) 

0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.

Artikolu 473a 7.

Fejn istituzzjoni tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha ammont f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw xi waħda minn dawn l-entrati li ġejjin billi ma tiħux kont tal-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni, li inkludiet fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha, ikollhom fuq dawn l-entrati:

(a) 

l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);

(b) 

il-valur tal-iskopertura kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 111(1) fejn l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu li bihom għandu jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għandhom jiġu multiplikati bil-fattur ta’ skalar (sf) li ġej:

image

fejn:

ABSA = l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

RASA = l-ammont totali tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu;

(c) 

l-ammont ta’ entrati tal-Grad 2 ikkalkulat f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62.

Artikolu 473a 7a.
B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu kkalkulati mill-ġdid ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-ammont ABSA imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali msemmi fl-Artikolu 429(4) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-miżura tal-iskopertura totali.

L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 473a 8.
Matul il-perijodi stipulati fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dan l-Artikolu.
Artikolu 473a 9.
Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stipulati f’dan l-Artikolu matul il-perijodu tranżizzjonali u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu.

Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4,SA, A4,IRB, image, image, t2 u t3 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu

Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2,SA, A2,IRB u t1 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Istituzzjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.

Artikolu 473a 10.
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida sat-30 ta’ Ġunju 2018 dwar ir-rekwiżiti ta’ żvelar stipulati f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.