+Artikolu 479 Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
---+Artikolu 479 1.
---+Artikolu 479 2.
---+Artikolu 479 3.
---+Artikolu 479 4.

Artikolu 479 Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 479 1.

Permezz ta’ deroga mit-Titolu II tal-Parti Tnejn, matul il-perijodu 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati tal-elementi li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE li ma jikkwalifikawx bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għal kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

l-istrument ma jikkwalifikax bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, u konsegwentement, id-dħul relatat miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma ma jikkwalifikawx bħala elementi konsolidati ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(b) 

l-elementi ma jikkwalifikawx bħala riżultat tal-Artikolu 81(2);

(c) 

l-elementi ma jikkwalifikawx għax sussidjarja mhijiex istituzzjoni jew entità li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u din id-Direttiva 2013/36/UE minħabba l-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

l-elementi ma jikkwalifikawx għax is-sussidjarja mhijiex inkluża bis-sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

Artikolu 479 2.
Il-perċentwal applikabbli tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE għandu jikkwalifika bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
Artikolu 479 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-perċentwali applikabbli għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:

(a) 

0 % sa 80 % għall-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014;

(b) 

0 % sa 60 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(c) 

0 % sa 40 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016;

(d) 

0 % sa 20 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 479 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.