+Artikolu 483 1.

Artikolu 483 1.

Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63 matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, dan l-Artikolu japplika għall-istrumenti kapitali fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istrumenti nħarġu qabel 1 ta’ Jannar 2014;

(b) 

l-istrumenti nħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat. Dment li parti mill-istrumenti jkunu sottoskritti privatament, huma jridu jinħarġu qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 u flimkien ma' dawk il-partijiet li huma sottoskritti mill-Istat Membru;

▼C2

(c) 

l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE.

Fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati u jkun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.