+Artikolu 484 Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE
---+Artikolu 484 1.
---+Artikolu 484 2.
---+Artikolu 484 3.
---+Artikolu 484 4.
---+Artikolu 484 5.
|
Artikolu 484 Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 484 1.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal strumenti u elementi li nħarġu fi jew qabel il-31 ta' Diċembru 2011 u li kienu eliġibbli bħala fondi proprji fil-31 ta' Diċembru 2011 u mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 483(1).
|
|
Artikolu 484 2.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63, dan l-Artikolu għandu japplika matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
|
|
Artikolu 484 3.
|
Soġġett għall-Artikolu 485 ta' dan ir-Regolament u tal-limitu speċifikat fl-Artikolu 486(2) tiegħu, kapital fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifika bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 minkejja li dak il-kapital ma jilħaqx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 484 4.
|
Soġġetti għal-limitu speċifikat fl-Artikolu 486(3) ta' dan ir-Regolament, l-istrumenti, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 154(8) u (9) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali, minkejja li ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 484 5.
|
Soġġetti għal-limiti speċifikati fl-Artikolu 486(4) ta' dan ir-Regolament, l-elementi, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (e), (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2, minkejja li dawn l-elementi mhumiex inklużi fl-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament jew il-fatt li ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|