+Artikolu 487 Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew dawk ta' Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji
---+Artikolu 487 1.
---+Artikolu 487 2.
---+Artikolu 487 3.

Artikolu 487 Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew dawk ta' Grad 1 Addizzjonali f’elementi oħra ta’ fondi proprji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 487 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 51, 52, 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala elementi msemmija fl-Artikolu 484(4), il-kapital u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati msemmija fl-Artikolu 484(3) li huma esklużi mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 486(2), sakemm l-inklużjoni ta’ dak il-kapital u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati ma jaqbżux il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(3).
Artikolu 487 2.

B’deroga mill-Artikoli 51, 52, 62 u 63, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-elementi li ġejjin bħala elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), sakemm l-inklużjoni tagħhom ma taqbiżx il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(4):

(a) 

il-kapital, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(3) li huma esklużi mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 486(2);

(b) 

l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 484(4) li jaqbżu l-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 486(3).

Artikolu 487 3.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet għat-trattament tal-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 bħala strumenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 486(4) (5) matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.