+Artikolu 492 Divulgazzjoni tal-fondi proprji
---+Artikolu 492 1.
---+Artikolu 492 2.
---+Artikolu 492 3.
---+Artikolu 492 4.
---+Artikolu 492 5.

Artikolu 492 Divulgazzjoni tal-fondi proprji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 492 1.
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
Artikolu 492 2.
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw sa fejn il-livell tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-kapital ta' Grad 1 qabżu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 465.
Artikolu 492 3.

Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-fondi proprji tagħhom:

(a) 

in-natura u l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, il-kapital ta' Grad 2 u l-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikoli 467 sa 470, 474, 476 u 479;

(b) 

l-ammonti ta’ interessi minoritarji u l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u l-Grad 2, u d-dħul miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, maħruġa mis-sussidjarji li huma inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fil-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, fil-kapital ta' Grad 2 u fil-fondi proprji skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;

(c) 

l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fuq il-kapital Ta' Grad 1 Addizzjonali, fuq il-kapital ta' Grad 2 u fuq il-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikolu 481;

(d) 

in-natura u l-ammont tal-elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi ta' Grad 1 u elementi ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tad-derogi speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2.

Artikolu 492 4.
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta’ strumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali u strumenti ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 484.
Artikolu 492 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika formoli uniformi għad-divulgazzjoni magħmula skont dan l-Artikolu. Il-formoli għandhom jinkludu l-elementi elenkati fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 437(1), kif emendati mill-Kapitoli 1 u 2 ta’ dan it-Titolu.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.