+Artikolu 495 Trattament ta' skoperturi ta' ekwità skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 495 1.
---+Artikolu 495 2.
---+Artikolu 495 3.
---+Artikolu 495 4.
|
Artikolu 495 Trattament ta' skoperturi ta' ekwità skont l-Approċċ IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 495 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 107(1), istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2029 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 495a(3), jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal kull skopertura ta' ekwità li għaliha jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
(a)
l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 495a(1) u (2);
(b)
l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont dan ir-Regolament fil-verżjoni applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024.
|
|
Artikolu 495 2.
|
Minflok japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, istituzzjonijiet li jkunu ngħataw permess japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għall-iskoperturi ta' ekwità jistgħujapplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għall-iskoperturi ta' ekwità kollha tagħhom fi kwalunkwe ħin sal-31 ta' Diċembru 2029. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, m'għandux japplika l-Artikolu 495a(1) u (2). Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, m'għandhomx japplikaw il-kundizzjonijiet għar-riversjoni għall-użu tal-approċċi inqas sofistikati stabbiliti fl-Artikolu 149.
|
|
Artikolu 495 3.
|
Istituzzjonijiet li japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkalkulaw l-ammont ta' telf mistenni f'konformità mal-Artikolu 158(7), (8) jew (9), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-paragrafi applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 u japplikaw l-Artikolu 36(1), il-punt (d), u l-Artikolu 62, il-punt (d), kif ikun applikabbli, fil-verżjoni ta' dawk il-punti applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 meta l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mill-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju kkalkulat skont il-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 495 4.
|
Meta l-istituzzjonijiet jitolbu permess biex japplikaw l-Approċċ IRB biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi ta' ekwità, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jagħtu tali permess wara l-31 ta' Diċembru 2024.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|