+Artikolu 495b 3.

Artikolu 495b 3.

B'deroga mill-Artikolu 122a(3), il-punt (a), l-iskoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmija f'dak il-punt li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 80 %, meta l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a ma jiġix applikat u l-iskopertura titqies li tkun ta' kwalità għolja meta jitqiesu l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

id-debitur jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anke taħt kundizzjonijiet ta' stress serju minħabba l-preżenza tal-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(i) 

skopertura adegwata għall-valur tal-iskopertura;

(ii) 

profil konservattiv ta' ripagament tal-iskopertura;

(iii) 

il-ħajja li jifdal tal-assi tkun proporzjonali għall-ħlas sħiħ tal-iskopertura jew inkella rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;

(iv) 

riskju baxx ta' rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur jew inkella dak ir-riskju jiġi mmitigat adegwatament b'valur tal-assi residwu proporzjonali jew b'rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;

(v) 

id-debitur ikollu restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-attività u l-istruttura ta' finanzjament tiegħu;

(vi) 

id-debitur juża derivattivi għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss;

(vii) 

ir-riskji operazzjonali materjali jiġu mmaniġġati kif xieraq;

(b) 

l-arranġamenti kuntrattwali fuq l-assi jipprovdu lill-mutwanti grad għoli ta' protezzjoni, inkluż il-karatteristiċi li ġejjin:

(i) 

il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi finanzjati u, fejn ikun applikabbli, għall-introjtu li jiġġeneraw;

(ii) 

ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jagħmel bidliet għall-assi li jkollhom impatt negattiv fuq il-valur tiegħu;

(iii) 

meta l-assi jkun għadu qed jinbena, il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi u għall-kuntratti ta' kostruzzjoni sottostanti;

(c) 

l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jissodisfaw l-istandards kollha li ġejjin biex joperaw b'mod sod u effettiv:

(i) 

it-teknoloġija u d-disinn tal-assi jkunu ttestjati;

(ii) 

ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha għat-tħaddim tal-assi;

(iii) 

meta l-assi jkun għadu qed jinbena, id-debitur ikollu salvagwardji adegwati dwar l-ispeċifikazzjonijiet, il-baġit u d-data tat-tlestija miftiehma tal-assi, inkluż garanziji ta' tlestija b'saħħithom jew l-involviment ta' bennej tal-esperjenza u dispożizzjonijiet kuntrattwali adegwati għad-danni likwidati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.