+Artikolu 500 Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira
---+Artikolu 500 1.
---+Artikolu 500 2.
---+Artikolu 500 3.

Artikolu 500 Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 500 1.

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bi pjan li jipprovdi l-iskala, il-kompożizzjoni u d-dati tad-disponimenti tal-iskoperturi inadempjenti;

▼M17

(b) 

id-dati tal-ċessjonijiet ta' skoperturi inadempjenti jkunu wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;

▼C8

(c) 

l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).

L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sal-31 ta' Diċembru 2024 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess.

Artikolu 500 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien meta tkun intlaħqet il-kondizzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 500 3.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2026, u kull sentejn wara dan, tivvaluta jekk il-livell ta' skoperturi inadempjenti fil-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ikunx żdied b'mod sinifikanti, jekk tkunx qed tistenna deterjorament sinifikanti fil-kwalità tal-assi tal-istituzzjonijiet, u jekk il-grad ta' żvilupp tas-swieq sekondarji għal skoperturi inadempjenti jkunx adegwat biex jiżgura ċessjonijiet effiċjenti ta' skoperturi inadempjenti mill-istituzzjonijiet, filwaqt li tqis ukoll l-iżviluppi regolatorji dwar it-titolizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-adegwatezza tad-deroga stabbilita fil-paragrafu 1 u għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi estiż, introdott mill-ġdid jew emendat, kif meħtieġ, l-aġġustament previst f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.