+Artikolu 509 2.

Artikolu 509 2.

Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-ABE għandha tivvaluta dan li ġej b'mod partikolari:

(a) 

il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-valur tal-flussi ’l ġewwa tal-likwidità, b'mod partikolari bl-għan li jiġi determinat limitu massimu adatt tal-flussi ’l ġewwa u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu, b'kont meħud tal-mudelli kumemrċjali differenti inkluż finanzjament pass through, factoring, leasing, bonds koperti, ipoteki, ħruġ ta' bonds koperti, u l-miżura safejn dak il-limitu massimu għandu jiġi emendat jew jitneħħa sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament speċjalizzat;

(b) 

il-kalibrazzjoni tal-flussi 'l ġewwa u 'l barra msemmija fil-Parti Sitta, Titolu II, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 422(7) u l-Artikolu 425(2);

(c) 

il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-kopertura tar-rekwiżiti ta' likwidità b'ċerti kategoriji ta' assi likwidi, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-preċentwal minimu adatt għall-assi likwidi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1) meta mqabbla mat-total tal-assi likwidi, l-ittestajar ta' limitu ta' 60 % u l-konsiderazzjoni tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali. Assi dovuti jew eżerċitabbli fi żmien 30 ġurnata tal-kalendarju ma għandhomx jingħaddu għas-60 % sakemm l-assi ma jkunux inkisbu taħt kollateral li jikkwalifika wkoll taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);

(d) 

l-forniment ta’ rati speċifiċi ta’ flussi ' barra aktar baxxi u/jew flussi 'l ġewwa ogħla għall-flussi intragrupp li jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet tali rati speċifiċi ta’ flussi ’l ġewwa jew ’il barra jkunu ġustifikati mill-perspettiva prudenzjali u li jistabbilixxi deskrizzjoni ta' metodoloġija ta' livell għoli li tuża kriterji u parametri oġġettivi sabiex jiġu determinati livelli speċifiċi ta' flussi ’l ġewwa jew ’il barra bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti meta ma jkunux stabbiliti fl-istess Stat Membru.

(e) 

il-kalibrazzjoni tar-rati għall-ġbid ta' self applikabbli għall-faċilitajiet impenjati ta' kreditu u likwidità mhux miġbudin li jaqgħu taħt l-Artikolu 424(3) u (5). B'mod partikolari, l-ABE għandha tittestja rata għall-ġbid ta' self ta' 100 %;

(f) 

id-definizzjoni ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur fil-punt (2) tal-Artikolu 411, b'mod partikolari l-adegwatezza li jiġi introdott limitu rigward depożiti ta' persuni fiżiċi;

(g) 

il-ħtieġa li tiġi introdotta kategorija ġdida ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur bi flussi 'l barra aktar baxxi fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta' tali depożiti li jistgħu jiġġustifikaw rata ta' flussi 'l barra aktar baxxa u b'kont meħud ta’ żviluppi internazzjonali;

(h) 

derogi mir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tal-assi likwidi li l-istituzzjonijiet ser ikunu meħtieġa jżommu, fejn f'munita partikolari l-ħtiġijiet kollettivi ġustifikati tal-istituzzjonijiet għal assi likwidi jkunu qed jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi u kondizzjonijiet li tali derogi għandhom ikunu soġġetti għalihom;

(i) 

id-definizzjoni ta' prodotti finanzjarji konformi max-Shari’ah bħala alternattiva għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416, għall-użu fil-banek li huma konformi max-Shari’ah;

(j) 

id-definizzjoni ta' ċirkostanzi ta' stress, inkluż prinċipji għall-użu tal-istokk tal-assi likwidi u r-reazzjonijiet ta' superviżjoni neċessarji li skonthom ikunu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex jissodisfaw il-flussi ’l barra tal-likwidità u kif għandha tiġi indirzzata n-nuqqas ta' konformità;

(k) 

id-definizzjoni ta' relazzjoni operattiva stabbilita għall-klijenti mhux finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 422(3)(c).

(l) 

il-kalibrazzjoni tar-rata ta' flussi 'l barra applikabbli għal servizzi bankarji u ta’ prime brokering korrispondenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 422(4);

(m) 

mekkaniżmi għall-anterjorità ta' bonds garantiti mill-gvern maħruġin lil istituzzjonijiet tal-kreditu bħala parti mill-miżuri ta' sostenn tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-Unjoni dwar għajnuna mill-istat, bħall-bonds maħruġin mill-Aġenzija Nazzjonali ta' Ġestjoni tal-Assi (NAMA) fl-Irlanda u mill-Kumpannija Spanjola ta' Ġestjoni tal-Assi fi Spanja, imfasslin biex jeliminaw l-assi problematiċi mill-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, bħala assi ta' likwidità u kwalità kreditizzja estremament għolja tal-inqas sa Diċembru 2023.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.