+Artikolu 510 4.

Artikolu 510 4.

L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a) 

l-opportunità li ssir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi marġinati u mhux marġinati;

(b) 

l-opportunità li jitneħħa, jiżdied jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 428s(2) u fl-Artikolu 428at(2);

(c) 

l-opportunità li jinbidel b'mod aktar ġenerali t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikoli 428k(4) u 428s(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag, l-Artikoli 428ah(2), 428al(4) u 428at(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ay u l-Artikolu 428az(2), biex ikopri aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;

(d) 

l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.