+Artikolu 510 6.

Artikolu 510 6.

►M20  L-EBA għandha timmonitorja l-ammont ta’ finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta’ finanzjament marbut ma’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, inklużi lill-assi riċevuti jew mogħtija f’dawk it-tranżazzjonijiet, u ma’ tranżazzjonijiet mhux garantiti ma’ klijenti finanzjarji, fejn tali tranżazzjonijiet ikollhom maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur. L-EBA għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2029, u kull ħames snin wara dan, dwar l-adegwatezza ta’ dak ir-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali u t-trattament regolatorju ta’ tranżazzjonijiet simili f’ġuriżdizzjonijiet oħra, dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw bħala minimu: ◄

(a) 

l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;

(b) 

l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stipulat fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati ma' tipi oħra ta' assi;

(c) 

l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ użati fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli bħala alternattiva għat-trattament stipulat fl-Artikolu 428p(5);

▼M20

(d) 

l-adegwatezza tat-trattament asimetriku bejn obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ipprovduti minn klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli disponibbli ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 428k(3), il-punt (c), u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ma’ klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ta’ 0 %, 5 % jew 10 % f’konformità mal-Artikolu 428r(1), il-punt (g), mal-Artikolu 428s(1), il-punt (b), u mal-Artikolu 428v, il-punt (a);

(e) 

l-impatt tal-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew aktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, b’mod partikolari b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur, ma’ klijenti finanzjarji, fuq:

(i) 

l-istruttura tal-prezzijiet ta’ dawk it-tranżazzjonijiet; u

(ii) 

il-likwidità tas-suq ta’ assi riċevuti bħala kollateral f’dawk it-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari ta’ bonds sovrani u korporattivi;

▼M8

(f) 

l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji meta jiġu riċevuti bonds sovrani bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.