+Artikolu 519d Qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
---+Artikolu 519d 1.
---+Artikolu 519d 2.
---+Artikolu 519d 3.
|
Artikolu 519d Qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 519d 1.
|
L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha, sal-10 ta’ Jannar 2027, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni potenzjali ta' lieva finanzjarja barra mis-settur bankarju.
|
|
Artikolu 519d 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis dan kollu li ġej:
(a)
il-grad ta' lieva finanzjarja barra mis-sistema bankarja fl-Unjoni u l-punt sa fejn il-qafas minimu ta' telf impost jista' jnaqqas dik il-lieva finanzjarja jekk issir eċċessiva;
(b)
il-materjalità tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli miżmuma mill-istituzzjonijiet fl-Unjoni li huma soġġetti għall-qafas minimu ta' telf impost, inkluż id-diżaggregazzjoni ta' dawk it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li ma jikkonformawx mal-minimi ta' telf impost;
(c)
l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost għal istituzzjonijiet fl-Unjoni taħt iż-żewġ approċċi ta' implimentazzjoni rrakkomandati mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, jiġifieri regolamentazzjoni tas-suq jew rekwiżit ta' fondi proprji aktar punittiv skont dan ir-Regolament, f'xenarju li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni ma jaġġustawx it-telf impost għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli tagħhom biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost, u l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost skont xenarju alternattiv li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni jaġġustaw dak it-telf impost biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost;
(d)
il-fatturi ewlenin wara dawk l-impatti stmati, kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tal-introduzzjoni ta' qafas minimu ta' telf impost fuq il-funzjonament tas-swieq tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fl-Unjoni;
(e)
l-approċċ ta' implimentazzjoni li jkun l-aktar effettiv biex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tal-qafas minimu ta' telf impost fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ekwi fis-settur finanzjarju kollu fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 519d 3.
|
Abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u filwaqt li titqies kif xieraq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja li jiġi implimentat il-qafas minimu ta' telf impost għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, kif ukoll l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta’ Jannar 2028.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|