+Artikolu 20 Armonizzazzjoni tal-kontenut u tal-mudelli tar-rapporti
---+Artikolu 20 (a)
---+Artikolu 20 (b)
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4

Artikolu 20 Armonizzazzjoni tal-kontenut u tal-mudelli tar-rapporti

L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u b’konsultazzjoni mal-ENISA u mal-BĊE, għandhom jiżviluppaw:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 (a)

abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:

(i)

jistabbilixxu l-kontenut tar-rapporti għal inċidenti kbar relatati mal-ICT sabiex jirrifletti l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u jinkorpora aktar elementi, bħal dettalji biex tiġi stabbilita r-rilevanza tar-rappurtar għal Stati Membri oħra u jekk jikkostitwix inċident kbir operazzjonali jew tas-sigurtà relatat ma’ pagamenti;

(ii)

jiddeterminaw il-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali u għal kull rapport imsemmi fl-Artikolu 19(4);

(iii)

jistabbilixxu l-kontenut tan-notifika għal theddid ċibernetiku sinifikanti.

Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha, u b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-punt (a), il-punt (ii), limiti ta’ żmien differenti jistgħu jirriflettu, kif xieraq, l-ispeċifiċitajiet tas-setturi finanzjarji, mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ approċċ konsistenti għar-rapportar ta’ inċidenti relatati mal-ICT f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ASE għandhom, kif applikabbli, jipprovdu ġustifikazzjoni meta jiddevjaw mill-approċċi meħuda fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 20 (b)

abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni sabiex jistabbilixxu l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-entitajiet finanzjarji biex jirrapportaw inċident kbir relatat mal-ICT u biex jinnotifikaw theddid ċibernetiku sinifikanti.

Artikolu 20 2

L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a), u l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.

Artikolu 20 3

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (a), f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20 4

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni komuni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.