+Artikolu 21 Ċentralizzazzjoni tar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
|
Artikolu 21 Ċentralizzazzjoni tar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’konsultazzjoni mal-BĊE u mal-ENISA, għandhom iħejju rapport konġunt li jivvaluta l-fattibbiltà ta’ ċentralizzazzjoni ulterjuri tar-rapportar tal-inċidenti permezz tal-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn entitajiet finanzjarji. Ir-rapport konġunt għandu jesplora modi kif jiġi ffaċilitat il-fluss tar-rapportar tal-inċidenti relatati mal-ICT, jitnaqqsu l-kostijiet assoċjati u jiġu sostnuti l-analiżijiet tematiċi bl-għan li tittejjeb il-konverġenza superviżorja.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Ir-rapport konġunt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
il-prerekwiżiti għall-istabbiliment ta’ Ċentru uniku tal-UE;
|
|
(b)
|
il-benefiċċji, il-limitazzjonijiet u r-riskji, inkluż ir-riskji assoċjati mal-konċentrazzjoni għolja ta’ informazzjoni sensittiva;
|
|
(c)
|
il-kapaċità neċessarja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fir-rigward ta’ skemi ta’ rapportar rilevanti oħra;
|
|
(d)
|
l-elementi tal-immaniġġjar operazzjonali;
|
|
(e)
|
il-kundizzjonijiet tas-sħubija;
|
|
(f)
|
l-arranġamenti tekniċi għall-entitajiet finanzjarji u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jaċċessaw iċ-Ċentru uniku tal-UE;
|
|
(g)
|
valutazzjoni preliminari tal-kostijiet finanzjarji mġarrb bit-twaqqif tal-pjattaforma operazzjonali li tappoġġja ċ-Ċentru uniku tal-UE, inkluż l-għarfien espert meħtieġ.
|
|
|
Artikolu 21 3
|
3. L-ASE għandhom jippreżentaw ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|