+Artikolu 26 11

Artikolu 26 11

11.   L-ASE għandhom, bi qbil mal-BĊE, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji konġunti f’konformità mal-qafas TIBER–EU sabiex jispeċifikaw aktar:

(a)

il-kriterji użati għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu;

(b)

ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni;

(c)

ir-rekwiżiti fir-rigward ta’:

(i)

l-ambitu tat-TLPT imsemmi fil-paragrafu 2;

(ii)

il-metodoloġija u l-approċċ tal-ittestjar li għandhom jiġu segwiti għal kull fażi speċifika tal-proċess tal-ittestjar;

(iii)

ir-riżultati, l-istadji tal-għeluq u tar-rimedju tal-ittestjar;

(d)

it-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni oħra rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-TLPT, u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta’ dak l-ittestjar, fil-kuntest ta’ entitajiet finanzjarji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, biex ikun permess livell xieraq ta’ involviment superviżorju u implimentazzjoni flessibbli biex jiġu koperti l-ispeċifiċitajiet tas-sottosetturi finanzjarji jew tas-swieq finanzjarji lokali.

Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-SE għandhom iqisu kif xieraq kwalunkwe karatteristika speċifika li tirriżulta min-natura distinta tal-attivitajiet f’setturi differenti tas-servizzi finanzjarji.

L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.