+Artikolu 32 Struttura tal-Qafas ta’ Sorveljanza
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7
---+Artikolu 32 8
---+Artikolu 32 9

Artikolu 32 Struttura tal-Qafas ta’ Sorveljanza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   Il-Kumitat Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, għandu jistabbilixxi l-Forum ta’ Sorveljanza bħala sottokumitat għall-finijiet ta’ appoġġ għall-ħidma tal-Kumitat Konġunt u s-Sorveljant Ewlieni msemmi fil-Artikolu 31(1), il-punt (b), fil-qasam tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-setturi finanzjarji kollha. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jħejji l-abbozzi tal-pożizzjonijiet konġunti u l-abbozzi tal-atti komuni tal-Kumitat Konġunt f’dak il-qasam.

Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jiddiskuti regolarment l-iżviluppi rilevanti dwar ir-riskju u l-vulnerabbiltajiet tal-ICT u jippromwovi approċċ konsistenti fil-monitoraġġ tar-riskju tal-partijiet terzi tal-ICT fuq livell tal-Unjoni.

Artikolu 32 2

2.   Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu, fuq bażi annwali, jwettaq valutazzjoni kollettiva tar-riżultati u s-sejbiet tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa għall-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT u jippromwovi miżuri ta’ koordinazzjoni biex tiżdied ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji, jitrawmu l-aħjar prattiki dwar l-indirizzar tar-riskju tal-konċentrazzjoni tal-ICT u jiġu esplorati mitiganti għat-trasferiment tar-riskju minn settur għall-ieħor.

Artikolu 32 3

3.   Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jippreżenta parametri referenzjarji komprensivi għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt bħala pożizzjonijiet konġunti tal-ASE skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 32 4

4.   Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jkun magħmul minn:

(a)

il-Presidenti tal-ASE;

(b)

rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru;

(c)

id-Diretturi Eżekuttivi ta’ kull Awtorità Superviżorja Ewropeja u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, mill-BERS, mill-BĊE u mill-ENISA bħala osservaturi;

(d)

fejn xieraq, rappreżentant addizzjonali wieħed ta’ awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru bħala osservatur;

(e)

fejn applikabbli, rappreżentant wieħed tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li jkun ġie ddeżinjat bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, bħala osservatur.

Il-Forum ta’ Sorveljanza jista’, fejn xieraq, ifittex il-parir ta’ esperti indipendenti maħtura skont il-paragrafu 6.

Artikolu 32 5

5.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja l-awtorità kompetenti rilevanti li l-membru tal-persunal tagħha għandu jkun ir-rappreżentant ta’ livell għoli msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u għandu jinforma lis-sorveljant ewlieni b’dan.

L-ASE għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-lista tar-rappreżentanti ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rielvanti maħtura mill-Istati Membri.

Artikolu 32 6

6.   L-esperti indipendenti msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, għandhom jinħatru mill-Forum ta’ Sorveljanza minn grupp ta’ esperti magħżula wara proċess ta’ applikazzjoni pubbliku u trasparenti.

L-esperti indipendenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien espert tagħhom dwar l-istabbiltà finanzjarja, ir-reżiljenza operazzjonali diġitali u kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ICT. Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi, u la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.

Artikolu 32 7

7.   F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, l-ASE għandhom sas-17 ta’ Lulju 2024 joħorġu, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-ASE u l-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-proċeduri dettaljati u l-kondizzjonijiet għat-tqassim u għat-twettiq tal-kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ASE u d-dettalji dwar l-iskambji ta’ informazzjoni li huma meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d), indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 32 8

8.   Ir-rekwiżiti li jinsabu f’din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u ta’ regoli oħra tal-Unjoni dwar is-sorveljanza applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing.

Artikolu 32 9

9.   L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u abbażi tal-ħidma preparatorja mwettqa mill-Forum ta’ Sorveljanza, għandhom, fuq bażi annwali, jippreżentaw rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.