+Artikolu 35 1

Artikolu 35 1

1.   Għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħat li ġejjin fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT:

(a)

li jitlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 37;

(b)

li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet ġenerali f’konformità mal-Artikoli 38 u 39, rispettivament;

(c)

li jitlob, wara t-tlestija tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, rapporti li jispeċifikaw l-azzjonijiet li ttieħdu jew ir-rimedji li ġew implimentati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT b’rabta mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

li joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma msemmija fl-Artikolu 33(3), b’mod partikolari li jikkonċerna dan li ġej:

(i)

l-użu ta’ rekwiżiti jew proċessi speċifiċi ta’ sigurtà u kwalità tal-ICT, b’mod partikolari b’rabta mal-introduzzjoni ta’ patches, aġġornamenti, kriptaġġ u miżuri ta’ sigurtà oħra li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ICT tas-servizzi pprovduti lill-entitajiet finanzjarji;

(ii)

l-użu ta’ kondizzjonijiet u termini, inkluż l-implimentazzjoni teknika tagħhom, li skonthom il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji, li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ punti uniċi ta’ falliment, l-amplifikazzjoni tagħhom, jew biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku possibbli fis-settur finanzjarju kollu tal-Unjoni f’każ ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT;

(iii)

kwalunkwe sottokuntrattar ippjanat, fejn is-Sorveljant Ewlieni jqis li sottokuntrattar ulterjuri, inkluż arranġamenti ta’ sottokuntrattar li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jippjanaw li jidħlu fihom ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew ma’ sottokuntratturi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, jista’ jiskatta riskji għall-forniment ta’ servizzi mill-entità finanzjarja, jew riskji għall-istabbiltà finanzjarja, abbażi tal-eżaminazzjoni tal-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 37 u 38;

(iv)

l-astensjoni mid-dħul f’arranġament ta’ sottokuntrattar ulterjuri, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

—

is-sottokuntrattur previst ikun fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz;

—

is-sottokuntrattar jikkonċerna funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja; u

—

is-Sorveljant Ewlieni jqis li l-użu ta’ tali sottokuntrattar joħloq riskju ċar u serju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għall-entitajiet finanzjarji, inkluż għall-kapaċità tal-entitajiet finanzjarji li jikkonformaw mar-rekwiżiti superviżorji.

Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-punt, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom, bl-użu tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 41(1), il-punt (b), jibagħtu l-informazzjoni rigward is-sottokuntrattar lis-Sorveljant Ewlieni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.