+Artikolu 36 Eżerċizzju tas-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni barra l-Unjoni
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
|
Artikolu 36 Eżerċizzju tas-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni barra l-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1
|
1. Meta l-objettivi ta’ sorveljanza ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta’ interazzjoni mal-istruttura sussidjarja għall-fini tal-Artikolu 31(12), jew billi jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ sorveljanza f’bini li jinsab fl-Unjoni, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jeżerċita s-setgħat, imsemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, fi kwalunkwe bini li jinsab f’pajjiż terz li jkun proprjetà, jew jintuża bi kwalunkwe mod, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi lil entitajiet finanzjarji tal-Unjoni, minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, b’rabta mal-operazzjonijiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju tiegħu, inkluż kwalunkwe uffiċċju, bini, art jew proprjetà oħra amministrattiva, tan-negozju jew operazzjonali:
|
(a)
|
fl-Artikolu 35(1), il-punt (a); u
|
|
(b)
|
fl-Artikolu 35(1), il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 38(2), il-punti (a), (b) u (d), u fl-Artikolu 39(1) u (2), il-punt (a).
|
Is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu eżerċitati soġġett għall-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(i)
|
it-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz jitqies meħtieġ mis-Sorveljant Ewlieni biex ikun jista’ jwettaq bis-sħiħ u b’mod effettiv id-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament;
|
|
(ii)
|
l-ispezzjoni f’pajjiż terz tkun direttament relatata mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni;
|
|
(iii)
|
il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernat jagħti l-kunsens għat-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz; u
|
|
(iv)
|
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ġiet notifikata b’mod uffiċjali mis-Sorveljant Ewlieni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għaliha.
|
|
|
Artikolu 36 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA għandha tikkonkludi arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz sabiex tippermetti t-twettiq bla xkiel ta’ spezzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu għall-missjoni tiegħu f’dak il-pajjiż terz. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom.
Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
il-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa skont dan ir-Regolament u kwalunkwe monitoraġġ analogu tar-riskju ta’ parti terza tal-ICT fis-settur finanzjarju eżerċitat mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż id-dettalji għat-trażmissjoni tal-ftehim ta’ dan tal-aħħar li jippermetti t-twettiq, mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu, ta’ investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, fit-territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu;
|
|
(b)
|
il-mekkaniżmu għat-trażmissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejn l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA u l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni li tista’ tintalab mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 37;
|
|
(c)
|
il-mekkaniżmi għan-notifika fil-pront mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA ta’ każijiet fejn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u ddeżinjat bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), jitqies li kiser ir-rekwiżiti li magħhom huwa obbligat jaderixxi skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż terz ikkonċernat meta jipprovdi servizzi lil istituzzjonijiet finanzjarji f’dak il-pajjiż terz, kif ukoll ir-rimedji u l-penalitajiet applikati;
|
|
(d)
|
it-trażmissjoni regolari ta’ aġġornamenti dwar l-iżviluppi regolatorji jew superviżorji rigward il-monitoraġġ tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-pajjiż terz ikkonċernat;
|
|
(e)
|
id-dettalji li jippermettu, jekk meħtieġ, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant wieħed tal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fl-ispezzjonijiet imwettqa mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat.
|
|
|
Artikolu 36 3
|
3. Meta s-Sorveljant Ewlieni ma jkunx jista’ jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza barra mill-Unjoni, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
|
(a)
|
jeżerċita s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 35 abbażi tal-fatti u d-dokumenti kollha disponibbli għalih;
|
|
(b)
|
jiddokumenta u jispjega kwalunkwe konsegwenza tal-inabbiltà tiegħu li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza previsti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
|
Il-konsegwenzi potenzjali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni maħruġa skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|