+Artikolu 38 Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
---+Artikolu 38 5

Artikolu 38 Investigazzjonijiet ġenerali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1

1.   Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40(1), jista’, fejn meħtieġ, iwettaq l-investigazzjonijiet tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 38 2

2.   Is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħa li:

(a)

jeżamina r-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;

(b)

jieħu jew jikseb kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri dokumentati u kwalunkwe materjal ieħor;

(c)

isejjaħ ir-rappreżentanti tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini tal-investigazzjoni u biex jirreġistra t-tweġibiet;

(d)

jintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens biex tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(e)

jitlob rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.

Artikolu 38 3

3.   L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni għall-finijiet tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni.

Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn il-produzzjoni tar-rekords, id-data, il-proċeduri dokumentati jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lir-rappreżentanti tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti.

Artikolu 38 4

4.   Ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għall-investigazzjonijiet abbażi ta’ deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 38 5

5.   Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-investigazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT ta’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar l-investigazzjoni prevista u dwar l-identità tal-persuni awtorizzati.

Is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkomunika lill-JON l-informazzjoni kollha trażmessa skont l-ewwel subparagrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.