+Artikolu 40 Sorveljanza kontinwa
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
|
Artikolu 40 Sorveljanza kontinwa
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1
|
1. Meta jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza, b’mod partikolari investigazzjonijiet ġenerali jew spezzjonijiet, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkun assistit minn tim konġunt tal-eżaminazzjoni stabbilit għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT.
|
|
Artikolu 40 2
|
2. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal minn:
|
(b)
|
l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li lilhom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
l-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punt (e), fuq bażi volontarja;
|
|
(d)
|
awtorità kompetenti nazzjonali waħda mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, fuq bażi volontarja.
|
Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jkollhom għarfien espert f’materji tal-ICT u fir-riskju operazzjonali. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jaħdem taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal iddeżinjat mis- Sorveljant Ewlieni (il-“koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni”).
|
|
Artikolu 40 3
|
3. Fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ investigazzjoni jew spezzjoni, is-Sorveljant Ewlieni, wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Sorveljanza, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet li jiġu indirizzati lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT skont is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35.
|
|
Artikolu 40 4
|
4. Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT u lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi s-servizzi tal-ICT.
Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jqis kwalunkwe ċertifikazzjoni terza rilevanti u rapporti tal-awditjar interni jew esterni tal-partijiet terzi tal-ICT li jkunu disponibbli mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|