+Artikolu 42 8

Artikolu 42 8

8.   Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti, meta jieħdu deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iqisu t-tip u l-kobor tar-riskju li ma jkunx indirizzat mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità;

(b)

jekk in-nuqqas ta’ konformità żvelax dgħufijiet serji fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni, fil-ġestjoni tar-riskji u fil-kontrolli interni ta’ fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;

(c)

jekk reat finanzjarju kienx iffaċilitat, ikkaġunat jew kienx attribwibbli b’mod ieħor għan-nuqqas ta’ konformità;

(d)

jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;

(e)

jekk is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali jintroduċux riskju għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tan-negozju tal-entità finanzjarja minkejja l-isforzi tal-entità finanzjarja biex tevita t-tfixkil fil-forniment tas-servizzi tagħha;

(f)

fejn applikabbli, l-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li tkun ġiet iddeżinjata bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, mitluba fuq bażi volontarja f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-entitajiet finanzjarji l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex ikunu jistgħu jaġġustaw l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT sabiex jiġu evitati effetti detrimentali fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom u biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.