+Artikolu 81 1.
|
Artikolu 81 1.
Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 79(5), jew fi żmien 30 jum fil-każ ta’ nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5, jitqajmu oġġezzjonijiet mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru għal miżura meħuda minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq oħra, jew meta l-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien żejjed mal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru rilevanti u mal-operatur jew l-operaturi u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha fi żmien sitt xhur, jew fi żmien 60 jum fil-każ ta’ nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5, li jibdew min-notifika msemmija fl-Artikolu 79(5) u tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata u għandha tinnotifika lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru kkonċernat bid-deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq l-oħra kollha bid-deċiżjoni tagħha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|