+Artikolu 95 2.

Artikolu 95 2.

L-Uffiċċju għall-IA u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-tfassil ta' kodiċijiet tal-kondotta li jikkonċernaw l-applikazzjoni volontarja, inkluż mill-implimentaturi, ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sistemi kollha tal-IA, abbażi ta' objettivi ċari u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex titkejjel il-kisba ta' dawk l-objettivi, inkluż elementi bħal, iżda mhux limitati għal:

(a) 

l-elementi applikabbli previsti fil-linji gwida tal-Unjoni dwar l-etika għal IA affidabbli;

(b) 

il-valutazzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatt tas-sistemi tal-IA fuq is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż fir-rigward ta' programmar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tekniki għad-disinn, it-taħriġ u l-użu effiċjenti tal-IA;

(c) 

il-promozzjoni tal-litteriżmu fl-IA, b'mod partikolari dak ta' persuni li jkollhom x'jaqsmu mal-iżvilupp, it-tħaddim u l-użu tal-IA;

(d) 

l-iffaċilitar ta' disinn inklużiv u divers tas-sistemi tal-IA, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' timijiet ta' żvilupp inklużivi u diversi u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati f'dak il-proċess;

(e) 

il-valutazzjoni u l-prevenzjoni tal-impatt negattiv tas-sistemi tal-IA fuq persuni vulnerabbli jew gruppi ta' persuni vulnerabbli, inkluż fir-rigward tal-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità, kif ukoll fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.