+Artikolu 100 1.

Artikolu 100 1.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jimponi multi amministrattivi fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk tiġix imposta multa amministrattiva u meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-multa amministrattiva f'kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika u għandha tingħata attenzjoni xierqa lil dawn li ġejjin:

(a) 

in-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur u l-konsegwenzi tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-iskop tas-sistema tal-IA kkonċernata, kif ukoll, fejn xieraq, in-numru ta' persuni affettwati u l-livell ta' dannu mġarrab minnhom,;

(b) 

il-grad ta' responsabbiltà tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minnhom;

(c) 

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni biex jiġi mitigat id-dannu mġarrab mill-persuni affettwati;

(d) 

il-grad ta' kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jiġi rimedjat il-ksur u jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur, inkluż il-konformità ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri li qabel kienu ordnati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kontra l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernata fir-rigward tal-istess suġġett;

(e) 

kwalunkwe ksur preċedenti simili mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni;

(f) 

il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b'mod partikolari jekk l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni nnotifikawx il-ksur, u jekk ikun hekk il-każ sa liem punt innotifikawh;

(g) 

il-baġit annwali tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.