+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 4.

Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-manifattur għandu jissottometti:

(a) 

notifika ta’ twissija bikrija ta’ inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta l-manifattur isir konxju minnu, inkluż mill-anqas jekk l-inċident huwiex issuspettat li huwa kkawżat minn atti illegali jew malizzjużi, li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun konxju li l-prodott tiegħu b’elementi diġitali jkun tqiegħed;

(b) 

sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, notifika ta’ inċident, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-manifattur isir jaf bl-inċident, li għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali, meta din tkun disponibbli, dwar in-natura tal-inċident, valutazzjoni inizjali tal-inċident, kif ukoll kwalunkwe miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni meħuda, u l-miżuri korrettivi jew ta’ mitigazzjoni li l-utenti jistgħu jieħdu, u li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, kemm il-manifattur iqis li l-informazzjoni notifikata hija sensittiva;

(c) 

sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, rapport finali, fi żmien xahar mis-sottomissjoni tan-notifika ta’ inċident skont il-punt (b), li jinkludi mill-anqas dan li ġej:

(i) 

deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, inklużi s-serjetà u l-impatt tiegħu;

(ii) 

it-tip ta’ theddida jew il-kawża ewlenija li x’aktarx skattat l-inċident;

(iii) 

il-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati u li għaddejjin bħalissa;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.