+Artikolu 14 7.

Artikolu 14 7.

In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu sottomessi permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar imsemmija fl-Artikolu 16 bl-użu ta’ wieħed mill-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1). In-notifika għandha tiġi sottomessa bl-użu tal-punt tat-tmiem tan-notifika elettronika tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur tal-Istat Membru fejn il-manifatturi jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom fl-Unjoni u għandha tkun aċċessibbli simultanjament għall-ENISA.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, manifattur għandu jitqies li jkollu s-sede prinċipali tiegħu fl-Unjoni fl-Istat Membru fejn jittieħdu l-biċċa l-kbir tad-deċiżjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà tal-prodotti tiegħu b’elementi diġitali. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, is-sede prinċipali għandha titqies li tkun fl-Istat Membru fejn il-manifattur ikkonċernat ikollu l-istabbiliment bl-akbar numru ta’ impjegati fl-Unjoni.

Meta manifattur ma jkollu l-ebda sede prinċipali fl-Unjoni, huwa għandu jissottometti n-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 bl-użu tal-punt tat-tmiem tan-notifika elettronika tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur fl-Istat Membru ddeterminat skont l-ordni li ġejja u abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-manifattur:

(a) 

l-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant awtorizzat li jaġixxi f’isem il-manifattur għall-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur;

(b) 

l-Istat Membru fejn l-importatur li jintroduċi fis-suq l-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur ikun stabbilit;

(c) 

l-Istat Membru fejn id-distributur li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq l-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur ikun stabbilit;

(d) 

l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ogħla għadd ta’ utenti ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur.

Fir-rigward tat-tielet subparagrafu, il-punt (d), manifattur jista’ jissottometti notifiki b’rabta ma’ kwalunkwe vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv jew inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali sussegwenti lill-istess CSIRT maħtura bħala koordinatur li lilha jkun irrapporta l-ewwel darba.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.