+Artikolu 51 Eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
---+Artikolu 51 1
---+Artikolu 51 2
|
Artikolu 51 Eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1
|
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu l-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 50 f’konformità mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, kif ġej:
|
(b)
|
b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
|
|
(c)
|
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil awtoritajiet oħra; jew
|
|
(d)
|
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
|
Artikolu 51 2
|
2. L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura ta’ rimedju li għandha tiġi imposta skont l-Artikolu 50, għandhom iqisu l-punt sa fejn il-ksur ikun intenzjonat jew jirriżulta minn negliġenza, u ċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż dawn li ġejjin, fejn xieraq:
|
(a)
|
il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
|
|
(c)
|
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
|
|
(d)
|
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
|
|
(e)
|
it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi determinat;
|
|
(f)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksuba jew it-telf evitat minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika;
|
|
(g)
|
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|