+Artikolu 54 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
---+Artikolu 54 4
---+Artikolu 54 5
---+Artikolu 54 6

Artikolu 54 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha ma jkun hemm l-ebda appell wara li d-destinatarju tal-penali jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.

Artikolu 54 2

2.   Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, l-identità tal-persuni responsabbli u l-penali imposti.

Artikolu 54 3

3.   Fejn l-awtorità kompetenti, wara valutazzjoni każ b’każ, tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u tad-data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, tkun sproporzjonata, inkluż riskji fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew l-insegwiment ta’ investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew tikkawża, sakemm din tkun tista’ tiġi determinata, ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, għandha tadotta waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva:

(a)

tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tagħha sakemm ir-raġunijiet kollha kontra l-pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b)

tippubblikaha fuq bażi anonima, f’konformità mal-liġi nazzjonali; jew

(c)

iżżomm lura milli tippubblikaha, fejn l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiggarantixxu li ma jkun hemm l-ebda periklu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, jew fejn tali pubblikazzjoni ma tkunx proporzjonali mal-klemenza tal-penali imposta.

Artikolu 54 4

4.   Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali amministrattiva fuq bażi anonima f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta.

Artikolu 54 5

5.   Fejn awtorità kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi penali amministrattiva li kontriha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu minnufih fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u, fi stadji aktar tard, kwalunkwe informazzjoni relatata sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva għandha tiġi ppubblikata wkoll.

Artikolu 54 6

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom biss għall-perjodu li jkun meħtieġ biex jitwettaq dan l-Artikolu. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-ħames snin wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.